DECEMBER 27 - St JOHN APOSTLE, EVANGELIST - San Ġwann, Appostlu u Evanġelista
--- The other disciple outran Peter and reached the tomb first. ---
Evanġelju
Id-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru, u laħaq qablu ħdejn il-qabar.
Ġw 20, 2-8

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann.

[Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

[Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”. [Ġw:20:3] Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. [Ġw:20:4] It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru, u laħaq qablu ħdejn il-qabar. [Ġw:20:5] Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx.

[Ġw:20:6] Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, [Ġw:20:7] u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih. [Ġw:20:8] Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.

N.B. --- ĠWANNI 20 - Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet --- https://malti.global.bible/bible/2cd26dfc051b0283-01/JHN.20

N.B. --- Il-Qari tal-Evanġelju minn ĠW 2:1-8, huwa bħal fil-video mid-Djoċeżi ta' Għawdex --- https://youtu.be/F-wFLCNI6so --- Quddiesa tat-8.30am fil-Festa ta' San Ġwann Appostlu - 27.12.2021





.