--- "Go out to the whole world and proclaim the Good News" ---
IS-SIBT FILGĦODU TAL-OTTAVA TAL-GĦID
Evanġelju
Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju.
Mk 16, 9-15

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

[Mk:16:9] Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta' Magdala, li minnha kien keċċa seba' xjaten. [Mk:16:10] Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. [Mk:16:11] Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex. [Mk:16:12] Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba'. [Mk:16:13] U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom.

[Mk:16:14] Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt. [Mk:16:15] U qalilhom: "Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu".

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.