- Saturday evening, VIGIL OF SOLEMNITY OF PENTECOST - Ezek 37:1-14 (One of the alternative 1st Readings)
- 1st Reading on FRIDAY of the 20th week during Ordinary Time
A vision of Israel's death and resurrection
- Il-ĠIMGĦA, l-20 ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari I
Għadam niexef, jien se nġib fik ir-ruħ, u inti terġa’ tgħix.
Eżekjel 37, 1-14

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel

F’dak iż-żmien [Eżek:37:1] ġiet fuqi id il-Mulej u ħaditni fl-ispirtu tal-Mulej u qegħditni f'nofs il-wied. Dan kien miżgħud bl-għadam. [Eżek:37:2] Huwa għaddieni dawramejt madwarhom, u kien hemm kotra kbira mxerrda mal-wied, u kienu kollha niexfa qoxqox.

[Eżek:37:3] U l-Mulej qalli: "O bniedem, jista' dan l-għadam jerġa' jieħu l-ħajja?". Jiena weġibt: "Sidi Mulej, dan inti tafu". [Eżek:37:4] U qalli: 'Ħabbar lil dan l-għadam u għidlu: O għadam niexef, isma' l-kelma tal-Mulej. [Eżek:37:5] Hekk qal Sidi l-Mulej: Ara, jien se nġib fik ir-ruħ, inti terġa' tgħix. [Eżek:37:6] U nqiegħed fik in-nervi, u ntellagħlek il-laħam, u niksik bil-ġilda, u nqiegħed fik ir-ruħ. U inti terġa' tgħix, u tkun taf li jiena l-Mulej".

[Eżek:37:7] Imbagħad ħabbart kif ordnali. U jiena u nħabbar instama' ħoss, u ara, l-għadam tqanqal, u kollha bdew resqin lejn xulxin, għadma lejn għadma. [Eżek:37:8] Jien ħarist, u ara, ġew fihom in-nervi, telgħalhom il-laħam, fuqhom infirxet il-ġilda, imma nifs ma kienx hemm fihom. [Eżek:37:9] U qalli: "Ħabbar lir-ruħ, ħabbar, o bniedem, u għid lir-ruħ: Hekk qal Sidi l-Mulej: Ejja, ruħ, mill-erbat irjieħ tad-dinja, onfoħ fuq dawn il-mejtin, ħa jerġgħu jieħdu l-ħajja".

[Eżek:37:10] Jien ħabbart kif ordnali, u r-ruħ daħlet fihom, u reġgħu ħadu l-ħajja, u waqfu fuq riġlejhom, eżerċtu kbir fuq li kbir. [Eżek:37:11] U qalli: "O bniedem, dan l-għadam huwa d-dar kollha ta' Iżrael. Ara, huma jgħidu: 'Nixef għadamna, it-tama tagħna għabet, inqridna għal kollox.' [Eżek:37:12] Għalhekk ħabbrilhom u għidilhom: "Hekk qal Sidi l-Mulej: Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, poplu tiegħi, u nġibkom lura f'art Iżrael.

[Eżek:37:13] Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi. [Eżek:37:14] U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Nqegħedkom f'artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel". "Oraklu tal-Mulej".

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla



.



.





.