- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTER
- (When the Solemnity of the Ascension of the Lord is celebrated on Sunday of week 7 of Easter, the alternative Gospel, Jn 17, 20-26 --- https://youtu.be/U565MjtNAPI --- which would otherwise have been read on that Sunday, may be used today.)
- (Meta s-Solennità ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema tiġi ċċelebrata fis-7 Ħadd tal-Għid, jista' jinqara l-Evanġelju, Ġw 17, 20-26 --- https://youtu.be/U565MjtNAPI ---- illum, is-6 Ħadd tal-Għid)

Evanġelju
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Ġw 14, 23-29

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:14:23] "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. [Ġw:14:24] Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m'hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.

[Ġw:14:25] "Għedtilkom dan meta għadni magħkom. [Ġw:14:26] Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. [Ġw:14:27] Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża'. [Ġw:14:28] Smajtu x'għedtilkom: "Jiena sejjer u nerġa' niġi għandkom". Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. [Ġw:14:29] U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu".

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

========================================

--- [Ġw:14:23] "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.
--- [Ġw:14:25] "Għedtilkom dan meta għadni magħkom. [Ġw:14:26] Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.

F'dIn is-silta mill-Evanġelju, Ġesù qed jintroduci lit-TRINITÀ QADDISA



.