SEPTEMBER 29 - PROPER GOSPEL on the Feast of Saints Michael, Gabriel and Raphael, Archangels
29 ta’ SETTEMBRU - L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel. Festa
Evanġelju
Intom għad taraw l-anġli ta’ Alla.
Ġw 1: 47-51

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien: [Ġw:1:47] Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: "Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih." [Ġw:1:48] Natanael staqsieh: "Rabbi, kif sirt tafni?"

U Ġesù wieġbu: "Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu." [Ġw:1:49] "Rabbi," qallu Natanael, "int l-Iben ta' Alla, inti s-sultan ta' Iżrael!" [Ġw:1:50] Ġesù wieġbu: "Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn."

[Ġw:1:51] U żied jgħidlu: "Fis-sewws, fis-sewwa ngħidilkom: għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta' Alla niżlin u telgħin fuq Bin il-bniedem."

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.



.