MONDAY GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTERTIDE
Evanġelju
L-Ispirtu tal-verità jixhed għalija.
Ġw 15, 26 – 16, 4a

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:26] "Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. [Ġw:15:27] U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.

[Ġw:16:1] Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. [Ġw:16:2] Ikeċċukom 'il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. [Ġw:16:3] Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. [Ġw:16:4] Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom".

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.