IN YEAR B - GAUDETE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 3 OF ADVENT
Evanġelju
F’nofskom hemm dak li intom ma tafuhx.
Ġw 1, 6-8.19-28

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:1:6] Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. [Ġw:1:7] Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. [Ġw:1:8] Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl,

[Ġw:1:19] Ix-xhieda ta' Ġwanni kienet din: Meta l-Lhud ta' Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, "Int min int?", [Ġw:1:20] hu stqarr bla ma ċaħad: "Jien m'iniex il-Messija." [Ġw:1:21] Huma reġgħu staqsewh: "Mela min int? Elija?" "M'iniex," qalilhom. "Int il-Profeta?" "Le," weġibhom. [Ġw:1:22] Mbagħad qalulu: "Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?" [Ġw:1:23] U hu wieġeb kif qal il-profeta Isaija: “Jiena leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-desert: ‘Wittu t-triq tal-Mulej.’ ”

Ġw:1:24] Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. [Ġw:1:25] Huma staqsewh: "Mela kif qiegħed tgħammed la m'intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?" [Ġw:1:26] "Jiena ngħammed bl-ilma," weġibhom Ġwanni, "imma f'nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, [Ġw:1:27] u li ġej warajja; jiena anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu."

[Ġw:1:28] Dan ġara f'Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.