MONDAY GOSPEL OF WK 7 OF EASTER
Evanġelju
Agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja !
Ġw 16, 29-33

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: [Ġw:16:29] "Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. [Ġw:16:30] Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla." [Ġw:16:31] Weġibhom Ġesù: "Temmnu issa? [Ġw:16:32] Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m'iniex, għax il-Missier huwa miegħi. [Ġw:16:33] Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!"

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.