- AUGUST 21 - Proper Gospel on the memorial of Saint Pius X, Pope
Evanġelju
Irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi
Ġw 21, 15-17

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:21:15] Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?" "Iva, Mulej," wieġbu, "int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa l-ħrief tiegħi." [Ġw:21:16] Staqsieh għat-tieni darba: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?" "Iva, Mulej," wieġbu,"int taf li nħobbok." Qallu: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi." [Ġw:21:17] Għat-tielet darba staqsieh: "Xmun bin Ġwanni, tħobbni?" Pietru ħass għafsa ta' qalb għax staqsieh għat-tielet darba, 'Tħobbni?' u qallu: "Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok." Qallu Ġesù: "Irgħa n-nagħaġ tiegħi.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.