SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 7 OF EASTERTIDE
-This disciple is the one who vouches for these things and we know that his testimony is true
Evanġelju
Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha.
Ġw 21, 20-25

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:21:20] Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, "Mulej, min hu li se jittradik?". [Ġw:21:21] Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: "U dan, Mulej, x'se jsir minnu?". [Ġw:21:22] Ġesù qallu: "Inti x'inhi affarik jekk jiena rridu jibqa' sa ma niġi? Int imxi warajja!" [Ġw:21:23] B'hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss: "Jekk irridu jibqa' sa ma niġi, inti x'inhi affarik?"

[Ġw:21:24] Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha. [Ġw:21:25] Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù. Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b''ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.