SATURDAY MORNING GOSPEL - after EPIPHANY SUNDAY
( Ferias between Sunday, Solemnity of Epiphany & Sunday of The Feast of the Baptism of the Lord --- Ferji bejn il-Ħadd, is-Solennità tal-Epifanija u l-Ħadd, Festa tal-Magħmudija tal-Mulej )

--- 'He must grow greater and I must grow smaller: my joy is complete' ---

Evanġelju
Il-ħabib tal-għarus jifraħ ħafna meta jisma' leħen l-għarus.
Ġw 3, 22-30

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F'dak iż-żmien, [Ġw:3:22] Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa' hemm magħhom jgħammed.

[Ġw:3:23] Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f'Għajnun, qrib Salim, għax f'dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. [Ġw:3:24] Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs.

[Ġw:3:25] Ġara mela li d-dixxipli ta' Ġwanni tlewwmu ma' wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, [Ġw:3:26] u ġew għand Ġwanni jgħidulu: "Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu." [Ġw:3:27] Ġwanni weġibhom: "Ħadd ma jista' jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema. [Ġw:3:28] Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li 'jien m'iniex il-Messija,' imma biss li 'jien kont mibgħut qablu.' [Ġw:3:29] Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib ta' l-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma' leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet. [Ġw:3:30] Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.