- NOVEMBER 2 - One of the alternative Gospels on The Commemoration of All the Faithful Departed (All Souls), Tifkira Solenni tal-Mejtin Kollha
- NOVEMBER 5 - Commemoration of All the Deceased of the Franciscan Order - Tifkira solenni tal-mejtin fl-Ordni Serafiku ( O.F.M. Cap.; O.F.M. Conv.; O.F.M. )

Evanġelju
Ġw 6, 37-40

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: [Ġw:6:37] Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; [Ġw:6:38] għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni. [Ġw:6:39] Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:40] Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.