- THE GOSPEL ON SATURDAY MORNING OF WEEK 3 OF EASTERTIDE
- THE GOSPEL ON SUNDAY OF WEEK 21 IN ORDINARY TIME, YEAR B

Il-kliem tal-ħajja ta' dejjem

[Ġw:6:60] Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: "Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?" [Ġw:6:61] Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: "Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? [Ġw:6:62] Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela' fejn kien qabel? [Ġw:6:63] Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja. [Ġw:6:64] Iżda hemm xi wħud fostkom li ma jemmnux." Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu jittradih. [Ġw:6:65] U ssokta jgħidilhom: "Kien għalhekk li jiena għedtilkom li ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier ma jagħtihx li jiġi." [Ġw:6:66] Minn dak in-nhar bosta mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru warajh. [Ġw:6:67] Mbagħad Ġesù qal lit-Tnax: "Tridux titilqu intom ukoll?" [Ġw:6:68] Wieġbu Xmun Pietru: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem, [Ġw:6:69] u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta' Alla."