FEBRUARY 2 - THE FEAST OF THE PRESENTATION OF THE LORD - LIGHT OF ALL NATIONS
- & February 2nd is also WORLD DAY OF CONSECRATED LIFE

--- Lk 2, 22-40 -- My eyes have seen your salvation - Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek --- ( Short form Gospel --- Lk 2, 22. 39-40 --- https://youtu.be/HzpA6oDMoNI --- )

2 ta' FRAR - IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ - DAWL TAL-ĠNUS - IL-GANDLORA - FESTA
- & 2 ta' Frar huwa wkoll il-JUM DINJI GĦALL-ĦAJJA KKONSAGRATA

================================================
IN YEAR B - THE GOSPEL ON THE FEAST OF THE HOLY FAMILY OF JESUS, MARY AND JOSEPH, ON SUNDAY in the OCTAVE OF CHRISTMAS -- Il-Ħadd fost l-Ottava tal-Milied -- Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - Festa ( Short form Gospel --- Lk 2, 22. 39-40 --- https://youtu.be/HzpA6oDMoNI --- )

--- Lk 2, 22-40 -- The child grew to maturity, and he was filled with wisdom - It-tifel baqa’ jikber u jissaħħaħ, mimli bil-għerf ---

--- When both Christmas and New Year are celebrated on Sunday, the Feast of the Holy Family is celebrated on Sunday, New Year's Eve, 31st Dec ---
**********************************************************

EVANĠELJU
Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek
Lq 2, 22-40

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa.

[Lq:2:22] Meta għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta' Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, [Lq:2:23] kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li 'kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,' [Lq:2:24] u biex joffru b'sagrifiċċju 'par gamiem jew żewġ bċieċen,' kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

[Lq:2:25] F'Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta' Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu.

[Lq:2:26] L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara l-Messija tal-Mulej. [Lq:2:27] Mar mela fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, [Lq:2:28] huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:

[Lq:2:29] "Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek
imur fis-sliem, skont kelmtek,
[Lq:2:30] għaliex għajnejja raw
is-salvazzjoni tiegħek
[Lq:2:31] li int ħejjejt għall-popli kollha,
[Lq:2:32] dawl biex idawwal il-ġnus,
u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael."

[Lq:2:33] Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. [Lq:2:34] Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, [Lq:2:35] - u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! - biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna."

[Lq:2:36] Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta' Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewwġa, [Lq:2:37] u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. [Lq:2:38] Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm.

[Lq:2:39] Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret. [Lq:2:40] U t-tifel baqa' jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.



.