IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 1 OF ADVENT
Evanġelju
Ishru għax ma tafux meta jerġa’ jiġi sid id-dar.
Mk 13, 33-37

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mk:13:33] "Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. [Mk:13:34] Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f'idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa' jishar.

[Mk:13:35] Mela ishru, għax ma tafux meta jiġi Sid id-dar, jekk hux fil-għaxija, jew f'nofs il-lejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ, [Mk:13:36] li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom reqdin.

[Mk:13:37] U dak li qiegħed ngħid lilkom, qiegħed ngħidu għal kulħadd: ishru !"

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu


.