TUESDAY GOSPEL OF WK 3 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.
Mk 3, 31-35

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, [Mk:3:31] ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. [Mk:3:32] Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru."Ara", qalulu,"ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk." [Mk:3:33] U hu weġibhom: "Min huma ommi u ħuti?" [Mk:3:34] Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: "Dawn, ara, huma ommi u ħuti. [Mk:3:35] Kull min jagħmel ir-rieda ta' Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.